Fi tmiem il ġimgħa ġie organizzat it-turnew FISTF Grand Prix ta’ Messina fl-Italja . Fil-kategorija tal-Veterani Jason Pisani ħareġ rebbieħ, b’sensiela ta riżultati pożittivi Pisani rebaħ il-grupp bi tliet rebħiet 3-0 vs Tonnetti kontra J Zammit Pavia 3-1 u kontra C.Siciliano 3-0 biex avvanza għal fażi tan-Knock Out.
Fil kwarti tal Finali huwa għeleb lill-olandiz Hank Lanzaat 3-1, fis-semi finali għeleb lill- belġjan Pascal Scheen 1-0 fil-ħin barrani u fil- finali lill-belgjan Daniel Scheen 4-2 wara l-għoti tax-shots wara li l-loghba spiċċat 0-0 .
John Zammit fil-Kategorija Veterani wkoll kellu turnew pożittiv fejn wasal sas-Semi Finali u podju importanti. Fil-gruppi Zammit rebaħ il-grupp u avvanza għall-kwarti tal-finali kontra Bagniato tal-Italja 2-1 u fis-semi finali iltaqa’ kontra Daniel Scheen tal Belġju 0-2
Fil Kategorija Open Mauro Camilleri wasal sal-fażi tal-gruppi filwaqt li Josef Camilleri sal- aħħar 16 u George Ebejer sal-kwarti tal-finali .
L -Għada kien hemm ukoll il-kompetizzjoni tat-timijiet, fejn Bormla Subbuteo Club waslu sas-semi u tilfu 2-0 kontra t-tim rebbieħ taljan ta’ Barcelona CT. It-tim bormliż kien kompost minn Mauro Camilleri, Jason Pisani, John Zammit ,George Ebejer u Josef Camilleri .
Issidjati fin-numru 4 fir-ranking mondjali, fil-ġimgħat li ġejjin, Bormla SC se jkunu qed jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet f’Malta , l-Greċja u l-Ġermanja.