Il-President George Vella u s-Sinjura Vella dalgħodu ħallew Malta għal Żjara Uffiċjali fl-Emirati Għarab Magħquda.
Matul iż-żjara, il-President Vella se jkollu laqgħa uffiċjali mal-President tal-Emirati Għarab Magħquda, Sheikh Mohamed bin Zayed Al Nahyan.
Fost l-impenji tagħhom, il-President u s-Sinjura Vella se jkollhom laqgħa mad-dijaspora Maltija f’Dubai.
Id-delegazzjoni tal-President ta’ Malta fl-Emirati Għarab Magħquda tinkludi lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ian Borg.
Sakemm il-President George Vella jkun impenjat biż-Żjara Uffiċjali fl-Emirati Għarab Magħquda, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.
Il-President George Vella u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar il-Ħamis, 22 ta’ Ġunju 2023.