Stephen Aquilina, ta’ 57 sena minn San Pawl il-Baħar, inħeles mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, wara li fil-ħmistax ta’ Ġunju ikkawża diversi ħsarat fuq gabbana fi Pjazza Tritoni, waqt li kien xurban.
Il-ħsarat li għamel jammontaw għal aktar minn elfejn u erba’ mitt ewro. Huwa sofra wkoll xi ġrieħi ħfief.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ġie arrestat fi ftit minuti, ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u ikkopera mal-Pulizija.
Fil-Qorti ntqal kif l-imputat għandu l-vizzju tax-xorb. Huwa offra wkoll li jħallas għall-ħsarat li għamel.