Dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax, il-kumpanija Gozo Channel infurmat lill-Pulizija li kellha twaqqaf is-servizz minħabba li kien hemm xi għaddasa taħt il-vapur fil-moll fiż-żona taċ-Ċirkewwa.
Fuq il-post marru l-Pulizija u uffiċjali minn Transport Malta, li sabu madwar ħamsin bugħaddas li kienu qed jgħoddsu u telgħu l-art.
ONE News huwa nfurmat li l-organizzatur ta’ din l-għaddsa se jiġi investigat, biex ikun magħruf x’wassal biex jieqaf temporanjament is-servizz tal-Gozo Channel.
Kif l-għaddasa telgħu l-art, is-servizz tal-Gozo Channel kompla jopera b’mod normali.