Il-Gvern Malti u l-Ordni Militari Sovrana ta’ Malta (SMOM) iffirmaw ftehim ta’ estensjoni tal-konċessjoni enfitewtika tal-binja tal-Kavallier ta’ San Ġwann biex tintuża bħala l-Ambaxxata tal-istess Ordni għall-perjodu ta’ 20 sena.
Dan tħabbar waqt laqgħa bilaterali bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg u l-Gran Kanċillier tal-SMOM Riccardo Paternò di Montecupo. Matul din il-laqgħa kienu diskussi r-relazzjonijiet li jmorru lura madwar ħames ċentinarji u l-importanza li jkomplu jiġu sostnuti.
Flimkien mal-Gran Kanċillier Riccardo Paternò di Montecupo, ġew diskussi wkoll suġġetti bħall-immigrazzjoni, l-invażjoni Russa fl-Ukrajna u anke s-Sirja.