Raġel ta’ 50 sena minn Ħal Tarxien jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular f’sit ta’kostruzzjoni.
L-inċident seħħ dalgħodu f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq Santu Wistin, is-Swieqi.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.