Raġel weġġa’ gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari, f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq il-Kappillan Mifsud, Santa Venera.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li raġel millGhana, kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet ġo xaft u waqa’.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.