Il-Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco, ikkonferma li ma ppubblikax id-dokumenti marbuta ma’ xogħol li ma ħallasx għalih għal iktar minn sitt snin.
Dan minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li ppubblikahom.
Dwar dawn ix-xogħlijiet, li saru minn persuna li jissemma fil-Panama Papers, staqsejna lil De Marco hu u dieħel fil-Parlament u kkonferma kif Busuttil qarraq biex jiddefendih.
Għalhekk erġajna fittxejna lil Kap tal-Oppożizzjoni biex nitolbuh jiċċara. Kien kollu għalxejn.
Staqsejna wkoll numru ta’ deputati oħra biex naraw jekk huma rawhomx dawn l-imberkin irċevuti.
Ircivejna wkoll tweġibiet li ma konniex qegħdin nistennew.