Jonathan Abela ngħata sentenza ta’ 21 xahar ħabs wara li ammetta l-akkużi li, f’Mejju u Ġunju ta’ din is-sena, wettaq 3 serqiet aggravati mill-Gżira, Tas Sliema, u San Ġiljan.
Huwa kien akkużat quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello li, f’żewġ okkażjonijiet f’Mejju, seraq b’aktar minn €8,000 f’għodda minn siti ta’ kostruzzjoni u seraq b’madwar €290 f’alkoħol u b’€90 f’laħam minn supermarkets fil-Gżira u f’Tas Sliema. Abela kien ukoll riċediv.
Abela, ta’ 41 sena, m’għandux indirizz fiss.