Mill-2019 ’l hawn ġew irreġistrati 4,116-il konravenzjoni permezz tal-ispeed cameras li jinżammu fl-idejn.
Dan it-tagħmir teknoloġikament avvanzat jintuża f’postijiet differenti fit-toroq, partikularment fejn huwa magħruf li s-sewwieqa għandhom it-tendenza li jaqbżu l-limitu tal-veloċità, u huwa għodda utli ħafna biex jiġi kkontrollat is-sewqan b’veloċità eċċessiva, li huwa l-kawża ewlenija tat-telf tal-ħajjiet fit-toroq.
L-istatistika ħabbarha l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi, u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, b’risposta għal interpellenza parlamentari.