Dawk li kienu ser jattendu l-funeral ta’ anzjana fl-Ekwador baqgħu taħt xokk meta skoprew li kienet għadha ħajja.
Bella Montoya ta’ 76 sena ġiet iddikjarata mejta l-ġimgħa li għaddiet wara dak li jaħsbu li kien attakk ta’ puplesija.
Ħames sigħat wara li bdiet iċ-ċerimonja tal-funeral tagħha nhar il-Ġimgħa, qraba li kienu qed iħejju biex ibiddlulha l-ħwejjeġ qabel id-difna sabuha ħajja, tissielet biex tieħu nifs.
Fi stqarrija, il-ministeru responsabbli qal li l-mara daħlet f’arrest kardjorespiratorju, u b’hekk tilfet in-nifs u l-funzjoni tal-qalb, tant li ma bdietx tirrispondi għal attentati biex iġibuha lura f’sensiha.
Montoya issa tinsab lura l-isptar fil-kura intensiva, u l-ministeru tas-saħħa tal-Ekwador waqqaf kumitat biex jinvestiga l-inċident.
Ritratt: barrells.co.uk