Għall-ewwel darba fl-istorja tat-televiżjoni lokali se naraw perspettiva unika tal-pjanti Maltin. L-imġieba ta’ wħud mill-flora endemika fosthom il-Widnet il-Baħar, il-pjanta nazzjonali. L-użu ta’ ‘timelapse photography’ kellha tintuża biex inġiebdu filmati uniċi għal dan l-episodju ta’ NATURA MALTIJA
Infakkru li tista’ terġa’ ssegwi l-episodji ta’ qabel fuq https://one.com.mt/series/naturamaltija/ filwaqt li tista’ tidħol fuq il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/maltesenature għal aktar informazzjoni. Waqt li fuq Youtube shorturl.at/bdHP5 tista ssib il-filmati kollha tal-ewwel sensiela li jistgħu jintużaw għat-tgħallim, speċjalment minn ġenituri u għalliema biex jgħallmu lit-tfal.
NATURA MALTIJA jixxandar it-Tlieta, b’repetizjoni fuq ONE, l-Erbgħa fis-07:35, il-Ħamis f’12:05 u l-Ħadd fis-07:35.