Hekk kif il-Pulizija kompliet bl-investigazzjoni tagħha relatata mal-qtil taż-żagħżugħ Sylvester Farrugia li sar aktar kmieni llum, tard wara nofsinhar sabu tire maħruq fuq ic-Central strip ta’ Triq Diċembru Tlettax fiż-żona ħdejn in-niċċa tal-Madonna li x’aktarx huma relatati mal-każ tal-qtil.
Kien kmieni dalgħodu li l-Pulizija rċivew rapport li kien hemm persuna mixħutha minn tulha fl-art fi Triq Simpson fil-Marsa fejn mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li ż-żagħżugħ kien mejjet b’tir wieħed f’dahru.
Aqra Hawn:
AĠĠORNAT: Il-vittma tal-qtil kien b’karozza misruqa – identifikat bħala żagħżugħ miż-Żurrieq