L-eks Ministru għall-Ekonomija għall-Montenegro, Jakoc Milatovic rebaħ l-elezzjoni tal-pajjiż.
L-avversarju tiegħu, Djukanovic, serva fil-poter għal tliet diċenji u kien l-iżgħar Prim Ministru fl-Ewropa fl-elf disgħa mija, wieħed u disgħin, meta kellu biss disgħa u għoxrin sena.
Huwa mexxa lill-pajjiżu wkoll għall-indipendenza mis-Serbja, lura fl-elfejn u sitta. Tul il-mandat tiegħu, huwa daħħal lil pajjiżu fin-NATO u beda l-proċess ta’ negozjar għal sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Minn naħa l-oħra, Milatovic jirrappreżenta lill-moviment Europe Now, li qed iwiegħed li jdaħħal lill-pajjiż fl-Unjoni Ewropea fil-ħames snin li ġejjin.
Minkejja li r-riżultat uffiċjali għadu ma ħariġx, jidher li Milatovic ġab sittin fil-mija tal-voti.
Milatovic telgħa bl-għajta ta’ kontra l-korruzzjoni, l-impenn biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja u jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea u s-Serbja.
Dan tal-aħħar kellu s-sapport ukoll ta’ partiti viċin tas-Serbja, ir-Russja u l-Knisja Ortodossa.