Ix-xahar li għadda saru 1,304 konvenji u 1,080 kuntratt għal xiri ta’ proprjetà residenzjali.
Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, turi li, meta mqabbel man-numri rreġistrati fl-istess xahar is-sena l-oħra, il-konvenji żdiedu bi 15.9 fil-mija filwaqt l-kuntratti ffirmati naqsu bi 13.7 fil-mija.
Il-valur ta’ dawn il-kuntratti u konvenji ffirmati f’Mejju 2023 huwa ta’ €252.5 miljun.
L-akbar numru ta’ kuntratti x-xahar li għada kienu fuq proprjetajiet fin-naħa ’l fuq mill-Port u fit-Tramuntana tal-pajjiż.