Mill-inqas 10 persuni mietu u 25 oħra jinsabu l-isptar fl-Awstralja, wara li karozza tal-linja li kienet qed iġġorr mistiedna ta’ tieġ inqalbet.
Il-passiġġieri kienu qed jirritornaw minn tieġ f’fabbrika tal-inbid f’Hunter Valley, post popolari għat-turisti li jivjaġġaw biex jitgħallmu aktar dwar l-inbid.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija qalet li sewwieq tal-linja ta’ 58 sena, ser jaffaċċja akkużi, iżda għad trid tiżvela eżattament x’inhuma dawn l-akkużi.
Il-miżżewwġin friski ma kinux fuq il-karozza tal-linja.
Il-Kummissarju tal-Pulizija Karen Webb qalet li uffiċjali tal-forensika jinsabu fuq il-post u qed jinvestigaw it-traġedja.
Ritratt: EPA