Mara ta’ 58 sena residenti Ħal Għargħur, intlaqtet minn rota, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Dan seħħ għal xi t-tmienja ta’ filgħodu fi Triq Santa Katerina, Ħal Għargħur.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. Is-sewwieq tar-rota ma weġġax.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.