Il-ħidma ta’ salvataġġ tkompli wara li ħsarat estensivi li saru f’diga maġġuri nhar it-Tlieta ħallew 30 komunità tal-madwar fi kriżi. Dan qalu Ministru Ukren ma’ mezzi tax-xandir internazzjonali.
L-organizazzjoni internazzjonali s-Salib l-Aħmar wissiet li mini ta’ l-art li ċċaqalqu kawża tal-għargħar huma ta’ periklu kbir għar-residenti fir-reġjun ta’ Kherson.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mijiet ta’ eluf ta’ nies jinsabu mingħajr ilma tax-xorb, skont uffiċjali Ukreni, u l-armata Ukrena qed tuża drones biex twassal fliexken lil xi residenti.
Filmat: BBC
Ritratt: AP/Evgeniy Maloletka