Valletta Izibet rebħu t-Tazza Għaqda Ġurnalisti Sports meta f’finali drammatika dawru telfa f’rebħa u għelbu lil Marsaskala bl-iskor ta’ 9-8.
Kienu Marsaskala li bdew tajjeb il-logħba meta rebħu l-ewwel sessjoni 4-1. Valletta irreġixxew bir-rebħ tat-tieni sessjoni bi skor ta’ 4-1. It-taqtiegħa kompliet fit-tielet sessjoni, b’Marsaskala joħorġu rebbieħa 2-1.
Kien fil-bidu tal-aħħar sessjoni li l-beltin marru minn fuq. Kienu tliet goals fi spazju ta’ ftit ħin li tawhom il-vantaġġ. Vantaġġ li żammewh sal-aħħar minkejja goal ta’ Marsaskala fl-istess sessjoni.
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni tta-tazza mill-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef lill-captain ta’ Valletta Daniel Paolella.