San Ġiljan JP Projects rebħu l-ewwel unur tal-istaġun tas-sajf tal-waterpolo meta l-erbgħa filgħaxija għelbu lil Sliema Frank Salt fil-finali tat-tazza tal-President.
F’finali interessanti, il-ġiljaniżi ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 10-6.
San Ġiljan rebħu l-ewwel żewġ sessjonijiet rispettivament 2-1 u 3-2. Sliema irreaġixxew fit-tielet sessjoni hekk kif ħarġu rebbieħa 3-1. Iżda San Ġiljan ħarġu għall-kollox aggressivi fl-aħħar sessjoni b’rebħa ta’ 4-0 biex għalqu l-finali favur tagħhom.
L-aħjar skorers għal San Ġiljan kienu Matthew Żammit u Aaron Younger.
Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni tta-Tazza mill-President ta’ Malta Dr. George Vella flimkien mal-President tal-ASA Karl Izzo lill-captain ta’ San Ġiljan Matthew Zammit.