Nirien qawwija tkebbsu f’garaxx ta’ residenza f’Ħal Luqa. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:20 ta’ filgħodu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Immedjatament fuq il-post issejħu ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li bdew b’ħidma biex jitfu n-nirien.
L-operazzjoni tat-tifi tan-nar involviet numru t’uffiċjali u vetturi tat-tifi tan-nar. Kawża tal-incident dehret daħna kbira fiż-żona ta’ Ħal Farruġ. Filmati li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali wrew fjamma għola aktar minn żewġ sulari ħierġa minn ġol-garaxx
Preżenti fuq il-post kien hemm ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei.
Il-kawża tan-nirien qed ikun investigat mill-Pulizija tad-Distrett.