Bħal ta’ kull sena, il -Kamra tan-nar 12 ta’ Mejju ta’ Ħaz-Żebbuġ qed tipprepara biex tagħmel il-ħarqa prinċipali tagħha nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ġunju, għal festa tal-Patrun tagħna San Filep ta’ Aggira.
Din l-esebizzjoni ser tinkludi murtali tradizzjoni bħal murtali tal-beraq pront, murtali tal-beraq ikkuluriti u murtali tal-kulur. Ser jkun hemm ukoll wirja piroteknika sinkronizzata mal-mużika, li ser tinkludi murtali, sfejjer, beraq, blalen ta’ kull qies u gran finale.
Din il-wirja ser tkun qed tittella min triq l-Imdina Ħaz-Żebbug u tibda fid-9.15pm.
Revolution of Pyrotechnical Arts
Nhar is-Sibt 10 ta’ Gunju, lejliet il-festa, il-Kamra tan-nar 12 ta’ Mejju ser tagħmel il-ħarqa prinċipali tan-nar ta’ l-art ġewwa l-Pjazza San Filep. Bħal dejjem din il-ħarqa tikkonsisiti min biċċiet mekkanizzati, b’ħafna innovazzjoni sabiex ikun hemm inqas makkinarju, b’iktar moviment.
Din is-sena, il-biċċa prinċipali ser tkun wirja sinkronizzata mal-mużika, li ser tkun unika u ser tagħmel parti mit-tapit finali. Din ser tkun mqassma fuq disa’ arbli u ser jkollha madwar 5000 shot u ħin ta’ seba’ minuti.
Nhar il-Festa 11 ta’ Gunju
Se ssir wirja spettakulari ta’ nar tal-ajru min triq l-Imdina, fejn ser jinħarqu murtali tal-logħob u se ssir wirja ta’ murtali tad-daħna, sbroffi, blalen tal-beraq u kaxxa tradizzjoni hekk kif San Filep jasal ħdejn il-Każin. Din il-wirja ser tibda fit-8.00pm u tagħlaq bil-murtali tal-beraq ikkuluriti, murtali tal-kulur u blalen kbar.