Avveniment ieħor mistenni ta’ Combat Sports se jsir is-Sibt 17 ta’ Ġunju bl-isem Gods of War. L-attivita’ se tkun organizata minn ‘The Arena Combat Sports Promotions’ u se ssir f’Montekristo Estates Hal Farruġ.
Fis-serata, li se tkun fil-miftuħ, se jkun hemm 30 ġlieda b’60 atleta involuti u li se jkunu ġejjin minn 18-il klabb lokali u 5 barranin.
Il-ġlidiet se jkunu minn dixxiplini mħallta: Kickboxing, Boxing, Mixed Martial Arts u K1.
Fl-ewwel fight cards insibu dawk dilettanti u jibdew fil-17:00 . Imbgħad insibu t-tieni fight cards li se jibdew għal ħabta tat-20:00.
Isegwu l-ġlidiet ewlenin fejn se jkun hemm il-professjonisti u s-semi profesjonisti li se jiġġieldu għat-titli tad-WKA World Kickboxing Association semi profesjonali u profesjonali. Dawn ikunu fuq ħames rounds ta’ 3 minuti kull wiħed.
It-titli prinċipali huma:
Brandon Borg (Malta) vs Mord Wasford (Ingilterra) – Boxing
Mark Manicolo (Malta) vs Mario Zolli (Italja) – K1 Rules
Fouad Wakil (Malta) vs Ricky Sandhu (Ingilterra) – Boxing
Lydon Xuereb (Malta) vs Luke Firth (Ingilterra) – Boxing
Kevin Argelier (Franza) vs Yassir El Badr (Marokk) – K1 Rules
F’din il-kompetizzjoni insibu diversi atleti lokali magħrufa b’taħlita ta’ barranin li gejjin mir-Renju Unit, Wales, Skozja, Ġermanja, Kamerun, Italja, Franza, Serbja u Rumanija.
WKA tieħu sehem ukoll f’diversi promozzjonijiet differenti fosthom l-ewlenin K1 glory / Kok Fights / King in the ring / Emerge fight series.
Simon Chetcuti bħala rappreżentant għal Malta ta’ WKA qed jimmira li għall-futur ikollna atleti lokali biċ-ċans li jieħdu sehem f’dawn l-avvenimanti popolari madwar id-dinja.
Ringrazzjamenti għall-avveniment tas-17 ta’ Ġunju jmur għall-klabbs lokali u barranin li se jieħdu sehem. Ringrazzjament ukoll lill-isponsors tal-għajnuna u anke l-istaff kollu involut.
The Arena Combat Sports Promotions presents Gods of War isir fis-17 ta’ Ġunju f’Hal Farruġ.