Mara magħrufa bħala l-agħar serial killer femminili fl-Awstralja ingħatat maħfra wara li evidenza ġdida ssuġġeriet li ma qatlitx erbat itfal.
Kathleen Folbigg qattgħet 20 sena l-ħabs, wara li ġurija sabitha ħatja li qatlet lil ulideda stess: Caleb, Patrick, Sarah u Laura, fuq medda ta’ għaxar snin.
Iżda inkjesta reċenti semgħet lil xjentisti jgħidu tagħhom, u jemmnu li t-tfal mietu b’mod naturali. Dan hekk kif ix-xjenza relatata ma’ problemi fil-ġenetika llum huma avvanzata aktar minn qatt qabel.
Kathleen Folbigg dejjem sostniet l-innoċenza tagħha, iżda fl-2003 ingħatat sentenza ta’ ħabs għal 25 sena għall-qtil ta’ wliedha. Kull wieħed miet f’daqqa bejn l-1989 u l-1999, u kellhom bejn 19-il jum u 19-il xahar. Prosekuturi fil-ġuri tagħha allegaw li hija kienet fgathom.
Il-każ tal-mara ta’ 55 sena ġie deskritt bħala wieħed mill-akbar żbalji fil-kamp tal-ġustizzja fl-Awstralja.