Raġel ta’ 46 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli b’akkużi relatati ma’ vjolenza domestika fuq mara li kellu relazzjoni ta’ ġimgħa magħha.
Il-Prosekuzzjoni qalet li l-allegat każ seħħ tliet ġimgħat ilu ħdejn l-Isptar San Filippu, u akkużat ukoll lir-raġel – mill-Maċedonja ta’ Fuq – li hedded u weġġa’ gravi lill-mara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Rapporti qalu li kollox beda meta r-raġel ra lill-mara tkellem raġel ieħor u kien hawn li allegatament taha xebgħa u, kawża ta’ dan, ikkaġunalha diversi ksur.
Fil-Qorti ħareġ li l-allegata vittma ma kinitx taf ħafna informazzjoni fuq l-akkużat, u kien wara li lemħitu s-Sibt fl-Imsida li infurmat il-Pulizija u arrestawh.
Ir-raġel wieġeb li mhux ħati tal-akkużi u ma kien hemm l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.