L-aħħar midalja għal Malta kienet tal-fidda u waslet mill-Basketball tal-irġiel hekk kif fil-finali kontra l-Lussemburgu it-team malti tal-irġiel ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 78-69.
Kienet logħba li rat lill-maltin jibdew b’mod kajman tant li f’mument minnhom kienu 18-il punt minn taħt. Iżda aktar ma għadda l-ħin il-plejers tagħna żiedu fir-ritmu u l-pressjoni, tant li dawru r-riżultat favur tagħħhom fl-aħħar sessjoni.
Iżda l-avversarji approfittaw minn xi żbalji tal-plejers maltin biex għal darb’oħra marru minn fuq, vantaġġ li żammewh sal-aħħar.
Intant fil-finali għall-bronż tal-Basketball tan-Nisa, Malta tilfet kontra Ċipru bl-iskor ta’ 87-77.
Photo Credit: Ian Stilton