Anzjana li kienet bilqiegħda f’karozza li kienet ipparkjata, ittieħdet l-Isptar Mater Dei wara inċident f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar, meta raġel ta’ disgħa u erbgħin sena minn Marsaskala li kien qed isuq Mercedes, tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel f’Opel Astra li kienet ipparkjata.
Passiġġier fil-Mercedes kien hemm ukoll raġel ta’ sitta u erbgħin sena minn Marsaskala.
Fil-karozza pparkjata kien hemm raġel ta’ tlieta u sittin sena mill-Ħamrun fuq in-naħa tax-xufier, u passiġġiera miegħu anzjana ta’ sitta u tmenin sena minn San Ġwann.
L-anzjana ttieħdet l-isptar b’ambulanza għal aktar kura.
F’dan l-inċident, żewġ vetturi oħra li kienu pparkjati mingħajr nies fihom, ukoll sofrew xi ħsarat.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.