Fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li b’mod temporanju qed tipposponi s-sejħa tal-iskema Irrestawra Darek għal propjetajiet residenzjali skedati Grad 1 u 2 li kellha tiftaħ nhar it-Tlieta li ġej.
L-Awtorità saħqet li din id-deċiżjoni ttieħdet wara rispons kbir mis-sidien ta’ proprjetajiet residenzjali fi ħdan iż-Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana, aktar kmieni din il-ġimgħa.
Is-sejħa tal-iskema għal proprjetajiet residenzjali u għal skemi oħra simili se jinħarġu fil-futur qrib.