Chloe & Miguel, ir-rebbieha ta’ Brillanti Dance 2023. L-emozzjonijiet kienu ndeskrivibbli hekk kif Joseph Chetcuti ħabbar ir-rebbieħa ta’ Brillanti Dance 2023, mumenti ndeskrivibbli hekk kif Chloe niżlet għarkubteja mbikkma u Miguel ġera mal-palk tat-Teatru Manoel u wara ma waqafx jgħannaq lil Chloe mat-tħabbira tar-riżultat finali. Rebħa mmeritata hekk kif fit-tieni post ġie Benjamin Spiteri wieħed mill-ifjen żeffiena klassiċi li għandna f’pajjiżna. Fit-tielet post meritament ġiet Nicole Chetcuti liema żeffiena wkoll tat prestazzjoni mill-isbaħ u denja ta’ Brillanti.
L-ispettaklu kien wieħed uniku u tassew professjonali hekk kif flimkien mal-finalisti l-oħra (Eiiza Morguello, Cheryl Lofreda u Juliana & Mishel) ingħaqdu l-ġurija tant maħbuba ta’ BRILLLANTI Dance – Brenda Lee, P Dog u Attila kif ukoll żfin Malta – il-mentors uffiċjali ta’ Brillanti Dance sabiex għamlu lil din il-Finali xejn ħlief Brillanti!