Raġel ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Tarxien.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart tas-Sibt filgħodu fit-Triq tal-Barrani.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Volkswagen Polo misjuqa mir-raġel ta’ 32 sena u Mitsubishi I-MIEV misjuq minn raġel ta’ 44 sena mis-Siġġiewi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lis-sewwieq tal-Volkswagen l-isptar u fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.