It-team nazzjonali malti tal-Basketball tal-Irġiel għadda għall-finali tas-sibt hekk kif fis-semifinali għeleb lil Montenegro bl-iskor ta’ 84-80. It-team malti kellu logħba kbira f’semifinali li ħalliet lill-partitarji numerużi f’Ta’ Qali fuq ix-xwiek sal-aħħar. Tmiem il-logħba kien mimli tensjoni bil-plejers tal-Montenegro sahansitra jippruvaw iħebbu għall-uffiċjali tal-logħba.
Fil-finali t-team malti se jilgħab kontra l-Lussemburgu. Finali li tibda fil-16:45.
Intant it-team tan-Nisa s-sibt ikun fl-azzjoni fil-finali għall-midalja tal-bronż kontra Ċipru, finali li tibda fl-10:00.
It-team tan-nisa aktar kmieni matul il-ġuirnata tal-Ġimgħa tilef is-semifinali kontra l-Lussembuirgu 69-75.
Photo Credit: Michele Camilleri