Il-ħames ġurnata tal-logħob tal-pajjiżi ż-Żgħar bdiet bil-kbir hekk kif il-Ġimgħa filgħodu intrebħet midalja oħra tad-deheb din id-darba fit-tennis doppji tan-Nisa. Deheb li wasal mill-koppja Francesca Curmi & Elaine Genovese hekk kif fil-finali għelbu bla tant tbatija lill-koppja Molinaro / Weckerie tal-Lussemburgu bi skor ta’ 6-2, 6-2.
Huma ħadu vantaġġ tajjeb ħafna fl-ewwel set tant li marru 5-1 minn fuq. Vantaġġ tajjeb li żammew sat-tmiem tal-ewwel set li rebħuħ 6-2.
Il-bidu tat-tieni set beda aktar bilanċjat bl-iskor ikun 2-2 fl-ewwel parti tiegħu. Iżda Curmi u Genovese urew il-karattru tagħhom u reġgħu żiedu r-ritmu biex punt wara ieħor ma tawx ċans lill-avversari jirreaġixxu biex għalqu t-tieni set 6-2.