“Kienet Malta li resqet il-materja tat-tixjiħ tal-popolazzjoni għall-ewwel darba fuq l-aġenda internazzjonali lura fl-1968. Din kienet, għadha u se tibqa’ prijorità importanti fil-ħidma tal-Gvern.”
Sostna dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt li kien qed jindirizza l-ewwel forum internazzjonali fuq Age-Friendly and Liveable Cities u l-finali tal-unuri internazzjonali tal-Liveable Communities li qed tittella’ f’pajjiżna.
Il-Ministru Borg fakkar kif lura fl-1987 twaqqaf l-Istitut Internazzjonali għall-Anzjanità tan-Nazzjonijiet Magħquda f’pajjiżna sabiex ikun implimentat wieħed mir-rakkomandazzjonijiet tal-Pjan t’Azzjoni Internazzjonali ta’ Vjenna dwar l-Anzjanità.
Huwa kompla jgħid kif Malta qed tħares ’il quddiem sabiex tkompli ssir ħidma biex ikun implimentat il-kunċett tal-Age-Friendly Cities kif immexxi mill-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija.
Fid-diskors tiegħu, Dr Borg qal li l-kollaborazzjoni bejn il-Gvern Nazzjonali, Lokali u l-organizzazzjonijiet hija essenzjali sabiex ikun hemm anzjanità effettiva