James Galea, Mariah Busuttil u Mikaela Galea għaddew għall-finali tat-Trap tal-isparar.
James Galea irnexxielu jispiċċa fis-sitt post fl-ewwel fażi u b’hekk isa jkun qed jikkompeti għall-midalja fil-finali li tibda għall-ħabta tas-14:00.
It-tiratur l-ieħor malti fl-azzjoni fl-istess kompetizzjoni Emanuel Bugeja spiċċa fis-seba’ post u b’hekk tilef bi ftit il-post fil-finali.
Galea kien beda tajjeb fl-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni t-Tlieta meta spiċċa l-ġurnata fl-ewwel post flimkien maċ-champion olimpiku Gian Marco Berti ta’ San Marino bi 73 punt.
Min-naħa tagħhon Mikaela Galea u Mariah Busuttil għaddew għall-finali tan-nisa. Busuttil għamlet dan grazzi għal shoot-off deċiżiva kontra Martina Tonini ta’f San Marino.
Intant atleta maltija oħra fil-finali tal-isparar hija Eleonor Bezzina li għaddiet għall-finali tat-target Shooting tan-Nisa, 10m Air Pistol. Finali li tibda għall-ħabta tas-14:30.