Il-Black Eyed Peas u Zara Larsson se jkunu fost il-kantanti li ġejjin f’pajjiżna għal SummerDaze. Huma se jkunu fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali fil-15 ta’ Awwissu.
Għal dan il-kunċert se jkun hawn ukoll D-Block Europe, Farruko, u Charlie Hedges.
Fit-18 ta’ Awwissu f’Ta’ Qali se jieħdu sehem aktar kantanti famużi, fosthom Haddaway, Salmo, Vidaloca u bosta aktar.
Waqt konferenza stampa tħabbru l-pjanijiet tal-avveniment, li l-attivitajiet ewlenin fil-15 u 18 ta’ Awwissu li ġej.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tat-Turiżmu, Carlo Micallef, qal li l-iskop li jinħarġu d-dettalji kmieni huwa sabiex il-membri tal-pubbliku – u anki t-turisti – ikunu jistgħu jippjanaw bil-quddiem u jgawdu dan l-avveniment popolari.
Meta tkellem dwar ir-riżultati fil-qasam tat-turiżmu, il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, żvela li l-età medja tat-turisti qed tonqos u li l-ammont ta’ flus li t-turisti qed iħallu f’pajjiżna qed jiżdied ukoll. Dan juri li l-kwalità tat-turiżmu qed tkompli titjieb.