Il-Ministru tad-difiża Russa saħqet li l-Gvern Ukren ordna attakk bid-drone fuq il-kapitali Moska.
Offiċjali Russi qalu li d-difiżi tal-ajru waqqgħu d-drones waqt li kienu qed javviċinaw l-kapitali.
Diversi binjiet ġarrbu ħsarat iżda ma kien hemm l-ebda rapport ta’ mwiet.
Dan l-attakk fuq Moska sar wara attakk fuq il-kapitali Kyiev fejn persuna mietet waqt li d-difiża Ukrajna ddefendiet ruħha kontra drones russi.
Dan mhux l-ewwel attakk tal-ġimgħa, wara li t-Tnejn l-forzi Russi sparaw baraġġ ta’ missili fuq il-kapitali Kyiev.
Il-Kap tal-militari tal-belt ta’ Kyiev qal li l-avversarju qed jibdel it-tattiċi tiegħu u saħaq fuq l-immortalità tal-avversarju li ddeċieda li jwettaq attakk fil-ħin li l-maġġoranza tar-residenti jkunu qedgħin jħejju ruħhom għal-ġurnta xogħol.
Ritratt: Reuters