L-Imħallef Ian Spiteri Bailey ċaħad talba tad-Diretturi tal-kumpanija Leisure Clothing biex sentenza ta’ ħabs mogħtija lilhom tiġi sospiża sakemm tinstema’ kawża kostituzzjonali li fiha qed isostnu li nkisru d-drittijiet fundamentali tagħhom.
Id-direttur maniġerjali tal-kumpanija, Han Bin u d-direttur tal-marketing Jia Liu, kienu weħlu sitt snin ħabs f’Jannar li għadda wara li l-Qorti tal-Appell kienet laqgħet l-appell tal-Istat kontra s-sentenza.
Iż-żewġ uffiċjali, kif ukoll il-kumpanija, kienu nstabu ħatja fl-appell li sfruttaw impjegati Vjetnamiżi u Ċiniżi fil-fabbrika li kellhom f’Bulebel.