Il-ċikkulata Mars se tingħata dehra ġdida u se tkun imgewżra fil-karti riċiklabbli minflok plastik. Dan bħala parti minn proġett pilota biex jintuża materjali favur l-ambjent.
L-ippakkeġjar il-ġdid se jibda jintuża f’500 ħanut f’Tesco tar-Renju Unit mil-lum.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Din il-mossa ssegwi dik tar-rivali ta’ Mars Foods – Nestle, li ilha tuża ippakkjar tal-karti għal Smarties minn Jannar 2021 u fuq xi ħelu ta’ Quality Street minn Diċembru 2022.