Kienet sorpriża mhux tas-soltu dik li esperjenzaw ċittadini Torok li kienu qed jistennew biex jivvotaw.
Ta’ bla ħsieb dawn sabu lill-President Tork Erdogan jistenna eżatt warajhom waqt il-votazzjoni.
A voter was taken by surprise after noticing Türkiye’s President Erdogan standing right behind him at the polls as they waited to cast their votes during the country's presidential and parliamentary elections pic.twitter.com/afOZWJLHLK
— TRT World (@trtworld) May 14, 2023
Il-partitarji ta’ Recep Tayyip Erdogan iċċelebraw bi kbir tul il-lejl li għadda, wara li l-President Tork reġa’ ġie elett għal ħames snin. “In-nazzjon kollu ta’ 85 miljun rebaħ illum,” qal hu u jindirizza lill-folol barra l-palazz presidenzjali f’Ankara.
Iżda s-sejħa tiegħu għall-għaqda qed tkun imtappna mill-avversarju tiegħu Kemal Kilicdaroglu – li qed jikkritika lil Erdogan fost oħrajn billi jirreferi għal mexxej Kurd li jinsab il-ħabs u l-komunità LGBT fit-Turkija.
Il-kap tal-oppożizzjoni għadu ma kkonċedix ir-rebħa b’mod ċar u sejjaħ lil din l-elezzjoni “l-aktar elezzjoni inġusta f’dawn l-aħħar snin”.