Recep Tayyip Erdogan rebaħ l-elezzjoni fit-Turkija u se jibqa’ jservi ta’ President għall-ħames snin li ġejjin.
Qed jiġi rrappurtat kif Erdogan rebaħ b’52.14% tal-voti.
Ir-rivali tiegħu, li kien qed jirrappreżenta bosta partiti fl-Oppożizzjoni, qal li din l-elezzjoni ma kenitx ġusta.
L-ebda miż-żewġ kandidati ma rnexxielu jġib 50% tal-voti fl-ewwel votazzjoni li saret aktar minn ġimgħa ilu.
Erdogan kien elett Prim Ministru tat-Turkija fl-2003 u President fl-2014.
Eluf ta’ Torok ħarġu jiċċelebraw madwar il-pajjiż, filwaqt li numru ta’ mexxejja dinjija bagħtu l-awgurju tagħhom.