Sena wara li twaqqfet l-Alleanza Nazzjonali għall-Appoġġ tal-Mard Rari, li tgħaqqad flimkien pazjenti li forsi jħossuhom iżolati minħabba li għandhom marda jew kundizzjoni rari, id-diskussjonijiet issa huma mmirati lejn skala internazzjonali.
Stqarret dan is-Sinjura Michelle Muscat waqt il-programm Kalamita f’isem il-Fondazzjoni Marigold li tmexxi l-alleanza. Muscat spjegat kif ħadd ma jkun sema’ b’dan il-mard sakemm xi ħadd jingħata d-dijanjożi