Matul laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali – l-MCESD – l-imsieħba soċjali flimkien mal-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex u numru ta’ għaqdiet minn Għawdex iddiskutew numru ta’ suġġetti kruċjali għall-futur ta’ din il-gżira.
Id-diskussjoni ffukat fuq temi bħat-trasformazzjoni ta’ Għawdex u fuq l-importanza li tiġi protetta l-attrazzjoni unika ta’ din il-gżira. Matul il-laqgħa ġie ppreżentat pjan ifformulat minn entitajiet diversi li laħqu kunsens dwar kwistjonijiet ewlenin fil-gżira Għawdxija.
Preżenti għal-laqgħa kien hemm il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi, u s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul.