Rumen ta’ erbgħin sena li jgħix is-Swieqi ġie mixli li sforza Rumena biex tagħtih xi flus.
Il-Maġistrat semgħet kif bl-azzjonijiet tiegħu Marius Vamanu seta’ dejjaq u ta fastidju lill-mara.
L-akkużat qal hu kien sellef xi flus lill-mara u ridhom lura.
Huwa ingħata il-libertà kkundizzjonata, iżda l-Qorti imponiet fuqu garanzija biex ma jersaqx lejn il-mara jew xi qraba minn tagħha.
Il-Maġistrat ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin li fihom l-akkużat ma jistax iwettaq ebda reat ieħor.