El Mushraty, jew kif inhu magħruf aħjar bħala l-Lillu King, ġie arrestat mill-Pulizija fl-aħħar sigħat f’operazzjoni li kienet tinvolvi diversi tfittxijiet fi proprjetajiet diversi madwar il-pajjiż.
El Mushraty huwa l-proprjetarju ta’ stabbiliment ġewwa Paceville u huwa attiv sew fuq il-midja soċjali, fejn anke jesponi l-ħajja lussuża li jgħix.
ONE News jista’ jiżvela li l-Pulizija qed tippjana li takkuża lil El Mushraty fil-Qorti fis-sigħat li ġejjin.
Din l-operazzjoni tingħaqad ma’ diversi operazzjonijiet ta’ suċċess li l-Korp tal-Pulizija għamel fl-aħħar ġimgħat u xhur.