Fl-aħħar sigħat, il-kantanta ta’ fama mondjali, Christina Aguilera, qasmet mas-segwaċi tagħha l-ewwel dettalji b’rabta mal-EuroPride 2023, li se ssir f’Malta f’Settembru li ġej.
Fuq il-profil tagħha fuq Instagram, fejn isegwuha aktar minn disa’ miljun persuna, hija kitbet li bħalma jafu ħafna, hija attivista favur il-komunità LGBTIQ+ u dejjem tara kif se tagħti s-sapport tagħha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hija żiedet tgħid ukoll kif il-biljetti għall-kunċert li se tagħti f’Malta, mistennija jitħabbru dalwaqt.