Fil-post fejn seħħ l-inċident li ħasad il-ħajja ta’ Kacey Sciberras, kien hemm il-preżenza tal-Pulizija, li kienu qed iwettqu l-ispezzjonijiet tul il-lejl.
Sorsi viċin il-Korp tal-Pulizija spjegaw ma’ ONE News kif sa siegħa qabel seħħ l-inċident, il-Pulizija kienu qed iwettqu spezzjonijiet għall-għarrieda fit-triq fejn seħħ il-każ, bħalma jagħmlu f’diversi toroq oħra fuq bażi regolari.
Dan ikkonfermah ukoll kunsillier tal-lokal ma’ gazzetta lokali, li spjega kif sa ftit ħin qabel seħħ l-inċident, kien hemm il-Pulizija fit-toroq, u reġa’ sejjaħ u appella għall-kameras f’din it-triq u rotta arterjali, li minnha jgħaddu eluf ta’ karozzi kuljum.