Anzjan ta’ 79 sena minn Ħal Għaxaq jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq stess.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofshinar meta seħħet ħabta bejn mutur misjuq mill-anzjan u karozza misjuqa minn mara ta’ 41 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak li ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.