Is-Sibt li għadda f’Ħal Għargħur sar turnament tal-boxing organizzat mill-kunsill lokali tal-istess lokal b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Reġjonali Lvant u sanzjonat mill-Malta Boxing Association.
F’dan l-avveniment kien hemm ġlidiet mhux biss fuq livell amateur iżda wkoll professjonali.
Għal dan l-avveniment, li kellu attendenza sabiħa ta’ 700 spettatur, kien hemm preżenti s-sindku tal-Għargħur Helen Gauci u r-rappreżentant għall-Kunsill Reġjonali Lvant Anthony Chircop u x-Shadow Minister għall-Isport Graham Bencini.
Finalment l-eks boxers leġġendarji Bertu Camilleri u Martin Fenech ingħataw Ġieh il-Boxing Lokali għall-ħidma tagħhom sabiex jippromwovu dan l-isport fil-gżejjer Maltin.