It-tħabbira tant mistennija tad-dħul ta’ Ron DeSantis fit-tellieqa għall-White House, intlaqtet minn problemi tekniċi wara li kien hemm ħsarat f’waħda mill-karatteristiċi ta’ Twitter.
Dawn il-ħsarat fissru li t-tħabbira tal-Gvernatur ta’ Florida għan-nomina Presidenzjali Repubblikana, ittardjat b’għoxrin minuta.
Huwa uża din l-opportunità biex jitkellem dwar il-kredenzjali konservattivi tiegħu, u r-riformi edukattivi.
Huwa qal li daħal għat-tellieqa għal President tal-Istati Uniti, biex imexxi r-rimonta kbira Amerikana.
Il-Gvernatur ta’ Florida qed ikun meqjus bħala r-rivali ewlieni tal-eks President Donald Trump, fl-elezzjoni ġenerali tas-sena d-dieħla.