Hekk kif intemm il-proċess tat-tqassim taċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa lil kwart ta’ miljun ruħ, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, poġġa fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti informazzjoni dwar il-proċess. B’kollox, għal din il-miżura li tippremja l-bżulija, il-Gvern investa €26 miljun ewro fil-ħaddiema u fil-pensjonanti li jaħdmu.
Il-benefiċjarji taċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa kienu ċittadini li kienu impjegati fl-2021 u li d-dħul tagħhom ma qabiżx is-€60,000, filwaqt li l-ammont ta’ rifużjoni varja skont id-dħul fl-2021.
Anki dawk il-pensjonanti li kienu impjegati fl-2021 kienu eliġibbli għal dan iċ-ċekk.
Fuq il-bażi tad-dħul miksub fl-2021, ir-rati tar-rifużjoni tat-taxxa kienet kif ġej:
Komputazzjoni – Persuna Waħidha | Intitolat(a) |
Dħul | 2023 |
€0 – €15,000 | €125 |
€15,001 – 30,000 | €95 |
€30,001 – €59,999 | €60 |
Komputazzjoni – Miżżewġin | Intitolat(a) |
Dħul | 2023 |
€0 – €20,000 | €140 |
€20,001 – €40,000 | €110 |
€40,001 – €59,999 | €65 |
Komputazzjoni – Ġenitur | Intitolat(a) |
Dħul | 2023 |
€0 – €15,000 | €135 |
€15,001 – €30,000 | €105 |
€30,001 – €59,999 | €60 |